Lil Lino.*

 

U issa tlaqtna inti  wkoll ħabib,

baħri ieħor minn taċ-ċorma:

Min jaf il-kif u l-meta

se tkun tiegħi?

Daqs fwieħa fil-flixkun

sabiħa u evanexxenti din il-ġrajja.

Qiegħdin fuq dan il-bastiment

u nafu li x’imkien se nsibu x-xifer

u x-xifer ta’ li nafu

u x-xifer nistennewħ

għax jagħtina d-dehexa tal-etern

u l-waqa’ għall ġol-abbiss

fix-xejn tal-eżistenza.

Aħjar jasal malajr

għax xorta waħda hawnhekk

jien mhu qed nara xejn

lilhinn mix-xefaq.

Irrid inkun ħabib

u rrid ukoll ningħoġob

u nogħġob lili nnifsi

għaliex x’ħin jasal tiegħi l-aħħar

nerġa’ nsaqsi: Dan kollu kien għalfejn?

Sakemm ir-riħ qed jonfoħ

niftħu il-qlugħ.

 

Alfred Grech.

1/01/2021.

*B’tifkira ta’ Angelo Cefai li ħalla dan il-wied tad-dmugħ 12/01/2021.

Comments

Popular posts from this blog