M’hemm Ebda Ħin.

 

M’hemm ebda ħin li huwa ħin

Li tista’ tmidd riġlejk

Mhemm ebda żmien li huwa żmien

Li jiftaħ  xefaq il-ġejjieni

Għaliex kull bieb hu bieb

Li jiftaħ fuq bieb ieħor

Għaliex kull bieb hu bieb

Li jiftaħ fuq il-baħħ

Ta’ dak li mhuwiex jiena.

Sakemm tintebaħ

Bl-ilwien tal-libsa tiegħek

Li kollox haġa b’oħra

Bħal ħmura fis-smewwiet

l-ilwien ta’ xi qawsalla.

U ma tibqax tħoss l-uġiħ

Għax issa m’għadekx tgħix

Il-beraħ ta’ kull żmien.

 

Alfred Grech

30/01/2021.

Comments

Popular posts from this blog