Ninġarr Kemm Trid.

 

Ninġarr kemm trid fuq xtajtet it-tnissija

Imkaxkar fuq ir-ramel tal-arena

Naf li l-oħrajn jiżżuvjettaw, jidhku

Biss jiena xorta nibqa’ ngħanni l-hena.

 

Ningħeleb mill-kurrent tal-astensjoni,

U nieqaf nagħtti daqqa t’għajn madwari

Imqar jekk għal waqt wieħed jirnexxili

Ninsa’, u ma narax il-qiegħ aħħari.

 

Talinqas nista’ ngħid li tlajt fil-għoli

Għollejt il-veli mċajjpra tal-misteri

U wiċċ ix-xemx sfidajt għalkemm għamieni

Fil- ġemgħa ta’ ftit nies  li kienu veri.

 

Alfred Grech

02/01/2021

Comments

Popular posts from this blog