Noħlom.

 

Noħlom waqtiet denji

Li llum ma baqax żmienhom

Mhux għaliex id-dinja nbidlet

Iżda għax daret dawra żmerċ.

Il-waqtiet evanexxenti

Li jagħmlu minn dil-ġrajja

Poeżija.

Xħin Eros jispara vleġġa

Qatt ma jmur ħmerċ

U titbiegħed kemm titbiegħed

Issibek tersaq lejja.

Noħlom il-waqtiet miegħek

Inti li bqajt qatt ma sirt nafek.

 

Alfred Grech

23/01/2021

Comments

Popular posts from this blog