Qatt Ma Ntebħu.

 

Huma qatt ma ntebħu

Li s-sens tagħhom tal-glorja

Kien bħal buffuri tar-riħ

Li jferrex dak li jsib quddiemu

U xħin jaqgħu minn fuq il-pedestall

Jibdew jitgerrbu

Sa ma jsiru Humpty Dumpty.

Bħall-allat gralhom

Li ntegħlbu u ntradmu

Waqt li jfittxu l-ħajja eterna

Iżda ma basrux

Li kien hemm min serqilhom

In-nar divin

U li aħna issa sirna

Gorrief bħalhom.

 

Alfred Grech.

16/01/2021.

Comments

Popular posts from this blog