Telfa.
Irrid inċedi jiena għal
sbuħitek,
Nifffissa f’dik il-ħarsa bla
tifsir,
Irrid immur nintlef ġewwa
sħaba
U ngħid li raġel issa sirt
bil-kbir.
Irrid inkanta l-innu ta’ bla
rima
F’eternita’ li jiena nagħmel
ħdejk,
Għax int l-mera ta’ li
qiegħed nara,
Tegħereq ir-ruħ fil-ħmura ta’
ħaddejk.
Alfred Grech
04/01/2021.
Comments
Post a Comment