Tkun Wasalt.

Tkun wasalt fi preċipizzju

u taf lura ma terġax

tapit tirkeb b’ zewġt iġwienaħ

għax ittir u ma tibqax.

 

Tħoss li qiegħed tgħix ħajj’oħra

u fejn qgħandek tkun m’għadekx

din mhijiex biss sensazzjoni

kont għaddej u ma rajtekx!

 

Tkun wasalt għall-ewwel passi

u l-burraxka tkun għaddiet,

dan hu l-waqt li fih trid tishar

dan hu waqt tan-nedħ u skiet.

 

Tkun wasalt ukoll biex taqbez

u tintebaħ l-hemm iċ-ċpar

din mhijiex tixbieħa  dgħajfa

minn ġot-taġen għal ġon-nar.

 

Għanja kellek ġewwa sidrek

kont kburija bli wellidt,

izda mnalla kellek lili

għax tfikiltni bla ma ridt.

 

Dak li jġiegħelni nersaq qribek

mhux bħal min imur jistgħad

kien il-grillu ta’ bla molla

jien miniex aħjar minn ħadd.

 

Għalhekk jekk int ta’ kull darba

tibda togħla bħal ma xtaqt,

aħseb sewwa, erġa’ lura

biex timmarka minn fejn tlaqt.

 

Alfred Grech

01.10.2011.

Comments

Popular posts from this blog