Aħna Xbajna F’dan l-Eżilju.

 

Aħna xbajna f’dan l-eżilju

Aħna xbajna f’dat-turment

Aħna xbajna ġewwa l-meħla

Kull ma nagħmlu jkun bl-amment

 

Jgħidu huma x’għandna nagħmlu

Ta’ kull jum bl-ibbumbardjar

Qed ibiddlu wiċċ id-dinja

U jgħidulna l’hekk aħjar.

 

U għax aħna lkoll fidili

Jew għax moħħna ma nħaddmux

Iriduna sa griżmejn

Nibilgħuħa u ma ndumux.

 

Ibellgħulna r-ross bil-labra

Dawn jgħadduna qed biż-żmien

Mingħalihom qed nemmnuhom

U jġerruna kullimkien.

 

Alfred Grech

27/02/2021

Comments

Popular posts from this blog