Frammentazzjoni.

 

Kont  għidtli li jien imkisser

imfarrak f’mitt biċċa

bħal frak tal-ħġieġ li lanqas tiġbru.

Int ridt tiġborni u tħaddanni

u tagħmel ċirku li minnu ma tinfidx.

X‘aktarx u bla ma naf

jien qatt ma ridt ninġabar

u ntlift f’tifsira ta’ parabbola

traxxendentali.

Tfarrakt u ma nafx fejn

ma nafx ma xhiex

aktarx ma skoll mistħajjel.

Jekk tiġi bil-pinzetta tista’ tagħmel partitura

ta’ noti mlewna bħal qawsalla

u innu ta’ tifħir.

Oqgħod ħdejja

biex nibnu ġerarkija

għax għandu mnejn u bla ma nafu

għad niġu bżonnha.

 

Alfred Grech.

San Valentinu 2021.


Comments

Popular posts from this blog