Għajjien.

 

Inħossni nħlejt u xejn ma baqa’ minni

Fil-mogħdijiet mudlama tal-imgħoddi

Tal-ħsieb li qed ifittex wesgħat ġodda

Fejn għad xi darba jimraħ. Imqar nimla’

Għad il-ħemda  ta’xi -kraterji rieqda

Li nsew l-iżbruffaturi jew il-ħġejjeġ

Tan-nar illuminanti. Ma jwaqqafni

Ebda ost’kolu u jekk jibdieli jerġa’

Inkkejjel dak il bogħod li hemm bejnietna,

Nibda nemmen li għad immorru lura

Għar riħ li jobrom. Xħin konna qrib ħafna

Inħarsu ġewwa mirja bla riflessi.

 

Alfred Grech

18/02/2021

 

 

 

Comments

Popular posts from this blog