Il-Mewt Ta’ Min Ma Jimpurtaħx.

 

Qiegħdin ngħixu f’seklu ieħor

Iżda ftit minn dak ta’ qablu għadu jgħodd

Talinqas ngħixu waqt l-eternita’

Għalkemm ġo fija hemm l-abbiss.

Xi ħsibt xħin iltqajt miegħi?

Jien dawwart wiċċi n-naħħa l-oħra

Bqajt għaddejja bħal reġina

Bqajt għaddejja bħal ġawwija

Tfittex bejta oħra.

Il-baħar kien imqalleb

U minn moħħi għadda s-sħab

Is-sema kien kubrit

U bil-ġirja għall-ġox-xagħri

Biex infittex lili nnifsi.

Inħoss li qed nitilfek

Qed nitlef lili nnifsi

Jingħalbu l-bibien

U s-seħer qed jintilef.

Tgħid dan hu nagħas

Li minnu għad inqumu

Jew toqrob qiegħda l-mewt

Ta’ min ma jimpurtaħx

Inżul ix-xemx dejjiem?

 

Alfred Grech

16/02/2021

Comments

Popular posts from this blog