Il-Qiegħ.
Lanqas il-qiegħ ma tara
Il-qiegħ li hu t-tarf ta’
kull għarfien
Il-qiegħ li hu tqil wisq biex
tomgħodu
Jekk mhux tibilgħu
Biex taħfnu jew tħaddnu
Biex timliegħ bil-bżieżaq
tal-arja
Kollox għan-niżla
U n-niżla ma tieqafx
Kollox bi kbir
U kull ħolqien maqtugħ
għalih
Detritu u ħela.
Int biss ma tinbidilx
Leħħa ta’ waqt wieħed
Berqa tas-smewwiet
Leħma li ma tidwix
U ttenni lilha nfisha
Iżda li tibqa mnaqqxa
Fiż-żonqor ta’ moħħi
U ma tgħidli xejn aktar.
Alfred Grech
04/02/2021.
Comments
Post a Comment