A Trace Of Pleasure Or Regret Painting by Paul Lovering 




Kull Meta.

 

Kull meta nqumu filgħodu bil- fastidju

Ngħidu biss li dan jum ieħor mill-oħrajn

U nagħmlu mill-aħjar

Bi ftit tal-=barka

Sakemm naslu għal kredu ġdid

U nħassru li dak kollu li għamilna l-bieraħ.

 

Imbagħad id-dinja mbidlet

U waqa’ s-skiet

Is-skiet tas-solitudni

U x’qed tistenna minn issa ’l-quddiem?

Jum ieħor bħall-oħrajn.

 

Jien ridt inħobb kull waqt li tagħmel miegħi

Iżda jell inħares lura

Mhemmx ħlief indiema.

 

Alfred Grech

23/02/2021.

 

Comments

Popular posts from this blog