Minflok Ma Noqgħod Niġbor.

 

Minflok noqgħod niġbor il-biċċiet

Jien nibda’ niġi ħdejk

Biex tgħidli kemm jien tajjeb

U noqgħod niġi ħdejk

Għal xi tmellisa.

 

Jien niġi ħdejk

U noqgħod ngħidlek

Dak li trid tisma’

Il-ġejjien llum miktub

Int u jien biss il-qaddejja

U xħin titlaq il-fwieħa

Jibda jonfoħ il-grigal

U mbagħad int tisparixxi.

 

Jien inkun ġejt hawn

Inċafċaf f’baħar qiegħed

Biex nagħmel ftit tal-mewġ

Li jaħbat ma xufftejk

U int mit-tieqa ta’ lejl mudlam

Kewkba waħdanijia tittawwalli.

 

Alfred Grech

01/02/2021.

Comments

Popular posts from this blog