Stennejtek.
Stennejtek ġejja bħal xi
ħsieb li jigdem
Bħal waħx jiġġerra
Buffura riħ li ġġor kull
xewqa magħha.
Bħal għoqda fuq is-sider
toqol sabrek
Xi minn daqqiet tkun eqreb
lejn l-istatwa
Tal-melħ
Xi minn daqqiet burraxka li
trid tgħaddi
Għalxejn id-dmugħ iqarras
Għax għażla m’għandix
U harstek milwija fix-xejn
Il-moħħ jirbpmbja
U l-qalb tħabbat.
Alfred Grech
12/02/2021
Comments
Post a Comment