Għal Waqt Wieħed.

 

Int tajtni għal waqt wieħed

Id-dehxa tal-ġenna

U bħall kull dell mingħajr sustanza

Żlaqt minn idejja

Biex spiċċajt xejn għajr tifkira

U jien bdejt ngħid li kollox kien bħal ħolma.

Mintix sħiħa għax jonqsok in-nofs l-ieħor

U tagħmel ta’ bir-ruħek li qed tersaq

Lejn in-nofs u n-nofs ma ssibu qatt.

Dakinhar jien kelli s-saħħa biex niġġieled

Illum in-numru qed jiżdied

Ta’ dawk li jfittxu triqti

Li nsiru ħaġa waħda għal waqt wieħed

Huwa aktarx l-eqreb ġenna

Li tista’ qatt turini

Iżda dan ukoll hu dell

Li qatt ma tista taħtfu.

 

Alfred Grech

26/03/2021

Comments

Popular posts from this blog