Hekk Biss.
It-tempju
jien ħattejtu
U baqa’ ma
ndeniex.
Id-dinja
konnja ħloqna
U nemmnu ma
bqajniex
Li mqar fil-Ġnien
tal-Għeden
ix-xorti m’għeitniex
jew jien
tfikilt f’saqajja
U lura ma
dorniex.
U bqajna
t-tnejn nissieltu
Għalkemm ma
għereqniex.
Int kewkba
ta’ filgħodu
Titbiegħed fl-infinit
Jien hawn
indur u ngħaqad
F’dal-labirint
imqit
Hekk biss
stajt sirt sultama
Fis-sogħoba
u fit-tħarbit.
Alfred
Grech
16/03/2021
Comments
Post a Comment