Hekk Jitfarku l-Vażuni.

 

Hekk jitfarrak il-vażuni

taċ-ċaqquf xħin jaqgħu fl-art

u x-xbihat imnaqqxa,

ma tiġboromx.

Xħin jiġġarfu t-torrijiet

u jinfaqgħu l-bieżaq

tibda’ tistaqsi fuq liema naħħa trid  tkun

għax-xalata tkun spiċċat

jekk hux fuq dik tal-imsejjkna

inkella fuq dik ma min jagħdirhom

inkella fuq dik ta’ min

minn dejjem kellu raġun.

Xħin jaqa’ ġebla fuq oħra l-bini

u jiġġarfu s-swar tal-belt

trid tistaqsi minn dan kollu

kif intlifna fid-duħħan.

U xħin insibu li wasalna

nibdew ngħidu: Hawnhekk fejn?

U xħin inħarsu ftit fil-mera

staqsejnihom: Dan xhinu?

Ikun biss il-manikomju

li jaqtagħlna ftit tal għatx.

Fl-aħħar mill-aħħar issib

li kulħadd tellief.

 

Alfred Grech

21/02/2021.

Comments

Popular posts from this blog