Il-Kwadru Li Pinġejtlek.
Ħadt għalik
għaliex ma stajt tinbidel qabli
U kull
darba illi tiġi b’din l-iskuża
Donnok taf
li mhux qed nemmnek
Jekk ma
wrejtx wiċċ b’ieħor tistaqsini
X’qed
jiġrili
Jekk dan
mhux xi teatrin
Għidli ftit
kif ser nieħu dak li xtaqt?
U naf ukoll
li hemm prezz kbir
Li jrid
jitħallas.
Int tgħidli
l-ħajja daħk fil-wiċċ
U jien bħal
nibda nemmen
Biex jinfaqgħu
fl-arja l-biżeżaq
Tal-ewforija
U kollox
jerġa’ jiġi
Għall-li
kien
Imbagħad mill-ġdid
nilgħabu l-logħba
U kollox
attaparsi
Biex naqdu
l-ħtiġijiet u s-sens
Ta’ dak li
hu mistenni minna
U dak li
dejjem jiġri.
U xħin
ittemm il-vjaġġ
Ngħidlek jekk
il-waqtiet
Joqgħodux fil-kwadru
li pinġejtlek.
Alfred
Grech
08/03/2021.
Comments
Post a Comment