Imqar LI Kont Mitbaħ.

 

Imqar li kont mitbaħ

Li fuqhu noffrik lill-allat

Vittma  skonsolata tad-destini

Għal maħfra tad-dnubiet mistħajjla

Jew li xtaqna li għamilna. Imbagħad

Nibda’ nitgħallem ukoll mill-mantra

Tat-talb tan-nies

Li  jinġabru fil-maqdes tiegħek

U l-ġrajjiet li jtennu fis-skiet ta’ qalbhom.

Ngħattilek għajnejk

Biex tista’ tibda’ tifhem

Dinjiet oħrajn li fihom stajna kbirna

U tinsa’ l-fruntieri

Li mhumiex hemm inkella għebu.

Il-ħitan li għollejna

Ġabulna dieqa u pesta

U issa hemm bżonn li nġarrfuhom

Bis-seħer tan-noti li jinfdu

U li daqqejna meta konna ħielsa.

 

Alfred Grech

17/03/2021.

Comments

Popular posts from this blog