In Kont
Tgħidli.
Int kont
tgħidli li din imħabba
Aktarx biex
taħbi s-sens ta’ mistħija li rabbewk fiħ
U jiena
kont emmintek
Għaliex inti
kont għaliha t-kexkixa ta’ tqanqil ir-ruħ
U ma kont
nara xejn ileqq u jixgħel
Għajr il-mixja
tiegħek qalb il-kwiekeb
U l-ħlewwa tal-istednina li kont tfassal
B’idejk
miftuħa.
Iżda
sal-lum għadni bejn ħaltejn
Jekk hux
tassew l-imħabba kienet
Li ġibdittna
t-tnejn fiċ-ċirku
Tad-dawra
durella bħal meta konna zgħar
U mingħajr
ħażen.
Alfred Grech
23/03/2021
Comments
Post a Comment