Is-Seħer Mar u Telaq Kollox.

 

Bqajna niftakru f’xulxin bħal meta wieħed

Jiftakar f’inżul ix-xemx jew f’dawk il-ħwejjeġ li jixteiq

U qatt ma jista’ jkollu.

Kullma qed nara jien reklam

Ta’ dak li xtaqna

Tferfir il-qalb u xrar li qatt ma kebbes

Jew ġieħ li konna naħsebu li hu tagħna

U qatt ma wasal.

Għaliex nistagħdu konna f’ibħra mqallba

Intellqu mal-ilpup li jikxfu snienhom.

Pejjipna riħ il-ħolm, quħħan il-pipa

Inġorru fil-valiġġi s-swat ta’ dari,

Żebliegħ u għira ġdida li għakksitna

U issa d-dinja kollha ntebħet

Aħna x-insarrfu iżda l-qawwa

Li weżnitna kien ir-riħ

Li issa nbidel.

Int kull ma ridt kien dak li huwa tiegħek

Iżd’issa s-seħer mar

U kollox telaq.

 

Alfred Grech

10/03/2021.

Comments

Popular posts from this blog