U Issa Taf.

U issa li naf għaliex bqajt inkullat mad-dehera tiegħek

Inħallik taħseb sa fejn jista’ jwassal dan is-seħer

Sa’ tarf l-irdum jew lilhinn l-fruntiera

Ta’ fejn għallmuna li għandna naslu.

Inti li tgħix għalxejn fit-tarf ta’ dan l-ispazju

Bit-tama li xi darba għad tintebaħ

Xi tfisser il-ħrafa

U tista’ toqgħod tiftaħar kemm trid

Bil-ħafna rebħiet li għamilt tal-fantasija tiegħek.

Iżda s-sewwa jinsab miktub fuq wiċċek

U ġġorru miegħek fis-sotterran li qatt ma żżur

Għax tibża’, inkella, għax aljenata

Għaliex minn hawn sal-eternita’

Int ma geddist xejn għajr id-duħħan tan-nar imkebbes

Rih ta’ siegħa li jnaddaf qiegħa.

Tibża’ li ta’ kulljum tgħix

Jum mħux bħall-ieħor

U ma kull ħlejjqa li tiltaqa’

Tagħmel minn dan ir-rakkont

Xeneġġjat ta’ waqtiet ħielsa.

U jekk imbagħad tħoss li ħlejt

Dan iż-żmien kollu

Tinsab fil-merħla magħna

Li ma nafux għal xhiex qed ngħixu.

 

Alfred Grech

29/03/2021.

Comments

Popular posts from this blog