Jekk Nibqa’ Naħseb Fik.

 

Jekk nibqa’ naħseb fik

Tolqotni bis-seħer tiegħek

U xħin issir ossessjoni alli surtek

Imnaqqxa fuq wiċċ il-mewġ.

Għaliex qed naħseb fik

Jekk qatt m’emmiont fis-saħta

Tal-imħabba?

Bħall ma l-qilla tal-baħar imqalleb

Tirrifletti msaren Uranus.

 

Inkunu t-tnejn  li aħna

Bħal għasafar ta’ filgħodu

Ngħannu l-għanja tal-ħolqien

U nogħlew il-fuq mill-ħerba

Li ġab b’idejħ il-bniedem.

 

Għax tlifna l-ħlewwa li biha konna nħarsu

Fil-bogħod u t-tmiem tal-ġirja.

Issa jmiss li tagħtini bil-frosta tal-ġmiel tiegħek

U bil-weġediet ta’ ġejjieni mimli tqanqil.

 

Alfred Grech

11/03/2021.

Comments

Popular posts from this blog