Jista’ Jkun Aħjar.
Jista’ jkun aħjar
Li ma naħsibx li int ħaddieħor
Għaliex l-oħrajn
l-istess se jibqgħu
U darba
inti toħroġ minn ġol-ilma
Bħal Venere
inkarnata
Jien ma
jibqgħalix għażla oħra
Ħlief nadurak.
Ma hemmx
għażla oħra kif insir nafek sew
Ħlief bħal
xi ħassieb li jinnamra mal-idea
Jew xi
għarriexi jikkuntempla l-kwiekeb.
Tgħaddili minn
moħħi
Bħal żiffa
riħ
U tgħarraxli
ħsiebi.
Alfred
Grech
09/03.2021
Comments
Post a Comment