Lanqas.

 

U lanqas jgħaddi minn ġo moħħi

Li naħli l-jum ieħor fil-ħmerijiet

Ta’ dak li nsib madwari

Għaliex kif tista’ ttir ir-ruħ

Jekk ġwienaħ ma trabbix

Minkejja li l-allat qed jisfnu

Imqar xħin wasal l-għabex tagħhom.

L-allat jiżfnu mqar xħin troxx ix-xita

jew sħab qalil jostor is-sema

li jsaltan fuq kull grad jew ġerarkija.

Ma tesgħanix id-dinja kollha

Xħin nistenbaħ ta’ kuljum

U nara x’hemm madwari.

Xejn għajr miraklu kull filgħodu

Ma jħajjarni noħroġ minn taħt il-friex . . .

U issa mqar l-irqad

Sar tedjantyi.

 

Alfred Grech.

24/03/2021.

Comments

Popular posts from this blog