Ma Nissograx.

 

Ma nissogra ngħid lil ħadd

Li jiena ġejt hawnhekk

Sabiex niltaqa’ miegħek

Għax nibża’ li jkun hemm

Min jiddieħak bija.

Mur għidilhom li l-poeżija

Tinkiteb weħidha

Li l-imħabba mgħandiex għomor

Li fil-qiegħ ta’ din l-oskurita’

X’imkien fl-ixfar tal-univers

Hemm miktub li żewġt erwieħ

Imbiegħdin minn xulkxin fiż-żmien u fl-ispazju

Xi darba kellhom jitlaqgħu.

 

Alfred Grech

23/03/2021

Comments

Popular posts from this blog