Malti.
F’din l-għadira
ta’ skwallur
U qtiegħ
il-qalb
Fejn hemm
min irid ipinġi
Qawsalla bi
lwien alluċinanti
Ħaġa waħda
ma tittradixxix:
Ir-ruħ ta’
ġens imtarraf u mwassal
Sa’ xfar l-l-irdum
Li trawwmet
u tlewmet fil-konfini
Ta’ dak li
jista’ jkun u dak li tsta’ tilħaq
Ma tinbidilx
Ma tinbieħx
Ma tintrebaħx
Mix-xjaten
li jdawwruha.
Imqar jekk
jiġi d-dud
Li jnawwar
il-ġisem dgħajjef,
Il-kamla li
tnaqqar il-qafas
Il-qalb ma
tinbidilx.
Int ibqa’
qawwi qalbek
Għax int wild
din l-art
l-Omm li
tagħtek isimha
Għaliex
fil-lvant għad tbexbex
Godwa ġdida
li tlibbsek
l-ilwien li
jixirqulek,
Imqarr jekk
issa nafu
Li wasal l-għabex tal-allat.
Alfred
Grech
27/03/2021.
Comments
Post a Comment