Neħħilek Il-Misteri.
Neħħilek
il-misteri u ma tkunx inti.
Ma stajniex
naraw lejn fejn sejrin
Konna nfittxu
l-Ġnien tal-Għeden
Mingħajr ma
qatt intbaħna
Li kull
frotta li stajna naqtgħu
Kienet bomba
li tisplodi
U kull
warda ssir velenu.
Ma stajniex
nintebħu fejn wasalna
Għax it-tnejn
li aħna konna nġorru
l-valiġġi
tal-imgħoddi
il-ktajjen
u x-xkiel li kellna
għamilna
dak li aħna.
U qatt ma
stajna nsibu t-tarf
Jew li
t-tarf kien
Il-pass li
imiss
Għaliex kellna
fuq għajnejna għamad tqil
Xħin ħriġna
mill-binarji
U xefaq ma
kienx hemm.
Alfred
Grech
01/03/2021.
Comments
Post a Comment