Predikatur.
Nista’
nifhem li hawn min
Jaqbeż minn
fuq l-irdum għaliex
Xħin joqrob
lejn it-tmiem ta’
Din il-mixja
jintebaħ li mhemm xejn
In-naħħa
l-oħra,
Predikatur ta’ bla sinsla.!
U dat-trab
u għabra
Li ttajjar
matul il-freneżija ta’ tama u illużjoni
Mirage ieħor
fid-deżert ta’ mingħajr xefaq.
Predikatur
ta’ bla kuxjenza!
Issa taf
għaliex id-daqqaq tal-fifra
Tilef il-purċissjoni
U għaliex
il-ġrieden staħbew
Fit-toqob
tal-ħitan
Jew ġo
l-irkejjen
Għax jibżgħu
mid-dawl tax-xemx.
Alfred
Grech
18/03/2021.
Comments
Post a Comment