Staġnati U Mejtin.
Staġnati u
mejtin għal tqanqila
Tgħarixa li
tkun tfisser qawmien ieħor
Li jgħeżżeż
l-univers li hawn madwarna
Fir-rutina
ta’ telqiet ir-ruħ
Fil-bitħa
ta’xi ħabs
Bħal min
qed jaqta’ jiesu l’għad nixirfu
Minn din l-agunija.
Aħna li
kkuntenplajna dan kollu
Ma fhimniex
it-tiġdid li jagħmel ħaj
Il-jiem ta’
qabel
Għax il-ġrajjiet
mhumiex biss
Fis-salvazzjoni
tal-bieraħ
Iżda wkoll
fl-għejxien tal-għada.
U meta nkun
tbiegħedt sew mix-xtajta li drajna
Tiġini t-tentazzjoni
Li nibda
noħlom bik
Imqar jekk
għandi biżżejjed
Biex ngħix
l-eternita’.
Alfred
Grech
05/03/2021.
Comments
Post a Comment