Tant Xrafet Il-Ġilda.
Tant xrafet il-ġilda
Li lanqas il-vleġeġ
m’għadhom jinfdu
U hekk indejt bl-imħabba biex infisser
Għaliex qed
tħares lejja
Bħal meta
l-baħar jofroħ.
Tgħarraqni
bir-rgħawa li tħalli
Kull mewġa
seduċenti
Tal-maltemp
li jibla’ l-art.
Dan biex ma
ngħidx li sirt drawwa
Jew vizzju
ieħor ma li għandi.
Illum
imissna nagħmlu minn kollox
Biex nibqgħu
fil-wiċċ ngħumu
Ninġarru mal-kurrenti
mingħajr xkiel
Għajr dak li
nwaħħlu f’xulxin
U mhux fina
nfusna.
Imbagħad
tistgħaġeb xħin tintebaħ
Li l-qamar
qatt ma jixba’
Jikkuntempla
l-baħar ħiemed.
Alfred
Grech
12/03/2021.
Comments
Post a Comment