Tiġini T-Tentazzjoni.

 

Kull meta nitbiegħed minn din ix-xtajta

Tiġini t-tentazzjoni nerġa’ noħlom bik

Kull meta nsalpa fil-baħħ ta’ moħħi

Inħossok timbuttani u nibda’ ntir.

LI kieku ma qbadtx il-ferrovija

Li għandha twassal sas-sostterran ta’ qalbek

Inkun irrid li nibqagħa hawnhekk

Imqar jekk għandi żmien biżżejjed

Biex ngħix l-eternita’.

U nibqa’ naqdef fil-mergħa ta’ sbuħitek

Bħal meta għodost f’għadira dmugħ

Jew negħreq sa geddumi u nasal

Sakemm il-ħarsa twassal

T’għajnejk.

 

Alfred Grech

15.03.2021.

Comments

Popular posts from this blog