161.

 

Għaliex ma ħallejtnix intir fil-beraħ

Xħin kullma kellek tagħmel tisma leħni

Stajt tagħraf liema naħħa r-riħ qed jonfoħ

U ma kien jiġri xejn jekk f’ħin jew f’ieħor

Niżbalja ir-rifsa. Waħdek trid titgħallem

Għaliex ma ħallejtnix indur u nagħqad

Xi darba niċċa għalija kont insibha

U jekki din ma nsibiex kont bħal ħaddieħor.

Erwwilla mhux kulħadd skond l-għaġna tiegħu?

Illum tgħallimt ukoll għas-spejjes tiegħi

 Kif trid tinqara l-mappa u kif kont nasal

Sirt naf minfejn għaddejt iżd’ aktar kmieni,

Bi ftit strapazz bil- għaqal u ftit xorti

Illum nistħajjel biss kif kien mod ieħor.

 

Alfred Geh

26.04.2021

Comments

Popular posts from this blog