Ħaġa B’Oħra.
U jista’
jkun li soluzzjoni kienet
Fli ngħollu
l-ħitan u l-barrikati
Biex naħbu
dak li konna naħsbu u dak li xtaq nagħmlu.
Fejn kont
meta sejjaħtli?
Kont ġo xi
bosk tal-ħrejjef u l-fantażmi
Nikkaċċja xi
feniċe jew għasfur li jġib il-ferħ.
Fejn kont
jien?
Jien aktarx
kont fis-sakra
Sabiex ninsa’
r-rit sfrenat
Ta’ din
il-ħajja
Jew forsi aljensat
minn xi kewkba
Li għalkemm
ma tiddix
Kienet taf
kif tisseduċi
Kemm fl-agħmla
u kemm fir-rogħda
li kienet
tqanqal
Inkella kienet
ħaġaż b’oħra.
Alfred
Grech
22/04/2021
Comments
Post a Comment