Dan HU Kliem Tqil
Dan hu
kliiem tqil:
Xi minn
daqqiet tieħu l-bixkilla
B’dak li
jinzerta jkun fiha
U tissaporti
Iżda f’dan
każ hemm aktar
X’jimbuttak
milli jiġbdek.
Xi minn
daqqiet tigdem ilssienek
Imqar jekk
dak li tisma’
Mhu xejn
għajr frugħa
Jew lanqas
ma jdoqqlok
Għax hekk
il-ħajja:
Taqta’
l-qamħa mas-sikrana.
Xi minn daqqiet
ma tkunx tista’ titħarrek
Għax kull
fejn tmur se tħossokm issikat
U bibien
magħluqa
U mqar f’dik
agunija ta’ dwejjaq
Trid tissaporti
U tgħid lii
aħjar tgħixha dil-ħajja.
Iżda fik u
miegħek
Mhemm ebda
fantasija li tista’ ssarraf dan kollu.
Alfred
Grech
01/04.2021.
Comments
Post a Comment