Dik Hi s-Sbuħija.

 

Dik Is-sbuħija,

Dik hi l-eleganza

Tara u ma tmissx b’idejk

Il-ward fil-ġonna publiċi

Mhuma ta’ ħadd

Iżda jħennu lil kulħadd

Xejn aktar.

Kull meta taqta’ warda

Naqqast tkun mis-sabih

Għaliex is-sabiħ jibqa’

Imqar xħin dik titbiel

Għax is-sabiħ bla sid,

Bla qies u bla konfini.

 

Hekk għedt bejni u bejn ruħi

Xħin bqajt għaddejja dritta dritta minn quddiemi

Bit-takkuna għolja.

 

Alfred Grech

27/04/2021

Comments

Popular posts from this blog