Għax Imqar Int.

 

Għax imqar int, xħin jien ġejt nistrieħ miegħek

Bdejt iċċedi

Sisien ma kienx hemm

U lanqas pedamenti

Konna ħaġa waħda

Iżda mbagħad ridna ninfirdu

Biex naraw s-sema

Kif ikun in-naħħa l-oħra

U hekk kullħadd beda jaqdef għal rasu sakemm jasal

Fuq in-naħħa l-oħra tax-xtajta

Ħallejna wkoll l-irbit li kien jgħaqqadna.

 

Konna flimkien iżda mbagħad

Intbaħna li l-mixja solitarja

Tista’ twassal sa xefaq li qatt ma lħaqna

U bqajna hekk sejrin

Sakemm intlifna, u sar il-ħin

U f’daqqa waħda sibna

Li kien dalam.

 

Alfred Grech

19.04.2021.

Comments

Popular posts from this blog