Hekk Aħjar
Hekk aħjar ma taħseb f’xejn
Biex ma tqanqal ebda fewġa
Jew tibda’ tħoss id-dwejjaq
Tal-għaberx skarnat.
Aħjar ma taħseb f’xejn
Jekk tista’
U tibqa’ f’salib it-triq
Fejn jiltaqgħu il-ħolm mat-tifkiriet.
Hemmhekk m’għandekx għalfejn
Tiġġerra sabiex taqbad
Id-dellijiet
Għax tasal żgur fil-ħin
U ħadd ma jimbuttak
U t-triq issibha waħdek
Imqar fid-dlam tal-lejl
Qabel jibda’ jberxberx.
Alfred Grech
30/04/2021
Comments
Post a Comment