Hekk jimxu dawn il-mostri.

 

 

Hekk jimxu dawn il-mostri

Billi joħolqu l-kuntratti fittizji

U favolużi

U jimlew l-art kollha bini u frakass

Biex jifgaw lill-kull min irid jieħu nifs

Ta’ arja pura,

Jimlew l-art kollha bil-bini

Fejn jgħixu n-nemel tal-purċissjoni.

 

Hekk jemmnu dal-mostri

Id-dinosawri li jibdu l-ġilda

Billi jwegħdu l-ġenna fl-art

U joħolqu l-miti

Li jilluppjawm lil-nies.

 

Hekk jisirqu dawn il-mostri

Bil-proġetti fantasjużi

Li minnhom igawdu biss

Il-qirdien lli jerdgħa demm il-poplu

U l-ġid li jipproduċi.

 

Hekk jimxu dawn il-mostri.

 

Alfred Grech

15.04.2021

Comments

Popular posts from this blog