Hemmhekk Titfgħek Il-Ħajja.

 

Hemmhekk il-ħajja titfgħek

Tibla’ r-ramel ta’ xatt il-baħar

Wara n-nawfraġju tal-ħolm kollu u tal-miri li qatt ma lħaqt

Meta is-sisien jiġġarfu

Bil-kedda tal-ħalel u t-tinwir.

Imm'int ma tkunx it-tifrik tiegħi

Għaliex minkejja d-dwejjaq kollha

Jien nibqa’ inkanta u nkanta

Sakemm nintlaqat minn  xi sajjetta

Jew  minn  tir ta’ xi kaċċatur.

U titqanqal fija x-xewqa

Li nirbħek u nittrijonfa fuqek

Għalkemm  int tirregalali sensazzjoni kbira

Ix-xewqa li mmut

Bil-mod il-mod taħt il-ħarsa ndifferenti tiegħek.

Xejn ma ngħidlek. Ara li tkun qawwija daqs ir-riħ

Għax jgħaddi għad minn fuqek riefnu

Kun qalila daqs il-baħar

Għaliex it-tifsir tassew ta’ din il-ħajja

Huwa li ma tintilifx

U ma titlifx lilek innifsek.

 

Alfred Grech

16/04 2021.

Comments

Popular posts from this blog