Il-Barka Tagaħna.
Imqar jekk tħallini nkun iż-żernieq al-wegħediet
Tiegħek,
inkantalek matutin stunat
Ta’ żmien
in-nanniet u naqra mill-vanġelu
Il-parabboli
li xtaqt xi darba nfissirlek
Tixtbieħat ta’
kullma xtaqna konna.
Imqar jekk
tħallini nagħmel
Mill-fonti
mbiereak tas-solitudni tiegħi
Magħmudija ta’
tqanqil il-passjoni
Xorta waħda,
hekk kif joqrob tarf il-jum
Il-fidi
tagħna t-tnejn issir djamant
Jew djarju
mimli tifkiriet u ammissjonijiet
Li bihom
stajna nfejjqu
l-feriti li
laqqatna
xħin bdejna
nitgħallmu.
Alfred
Grech
20/04/2021.
Comments
Post a Comment