Jekk Int Skoprejt.

 

Jekk int skoprejt il-Ġnien tal-Għedeen

U lili m’għedtlix bih

Kif trid li nżomm ir-ritmu

U nilħaq pass ir-riħ.

Tgħix għalxejn fit-truf ta’ dan l-ipazju

Bejn dak li taħseb u dak lil tara

Ugħax il-verita imħażża fuq moħħok

U d-dieqa tittradik

Għaliex minn hawnhekk sal-eternita’

Int irbatt il-brejkijiet

Bil-biża’ li tgħix kulljum

Qisu li kull jum ma kienx bħall-ieħor

Jew li sejjra tiltaqa’ ma xi ħaddieħor

Biex tagħmel minn dan ir-rakkont

Xi xeneġġjat

Jekk mill-banda l-oħra

Qed tħoss

Li ħlejt il-ħin kollu tiegħek

Tinsab fl-istess keffa miegħi u

Ma dawk li ma jafux  għaliex qed jgħixu

Għaliex id-dinja saret dak li ħsibna li kienet

Jew dak li xtaqna

Fil-gaġġa tal-irbit u tal-konfini

 li mgħixu fiha.

 

Alfred Grech

10/04/2021

 

 

Comments

Popular posts from this blog