Jien Kont Miegħek.
Jien kont
miegħek
Imqar meta
kont x’imkien ieħor
M’mod
distratt jew toħlom il-ġejjieni
Jew x’imkien
fejn qatt ma mort.
Jien hemm
ukoll kont
F’dak
is-skiet tremend
Fejn lanqas
tisma’ biss lilek innifsek
Fejn imwarrba
kont aħjar
Fis-saltna
tas-solitudni.
Jien
is-sieħeb tiegħek
Fil-bogħod
li kull ma jmur
Qed iqarribna
U mqar jekk
ma nafekx
Jien nagħddilek
il-mewġ tiegħi
Inkun miegħek
ja mara li ma nafx
Kull darba
li tħossok waħdek
X’imkien
ieħor, Il-bogħod
U qed
tiżloq lejn l-abbissi.
Alfred
Grech
06/04/2021.
Comments
Post a Comment