Jien Naf.
Jien naf
għaliex ma tridx
qatt terġa’ lura
Ħamiema tat-tamiet u tal-ġejjieni
Għax sirt esploratur ta’ dinja ġdida
Inkella ġibt il-bnazzi xħin kien spiċċa
Id-dulluvju, u tfittex il-quċċata
Fejn tista’ tmidd riġlejk u tieqaf taħseb
U tara jekk hux għaqli din il-ġirja
Sa tarf l-irjieħ.
Illum int qed tkellimni mingħajr biża’
Mingħajr ma tuża’ kliem inkella leħnek
Jien naf għaliex sal-lum int bqajt itittajjar
Tintfiehem biss minn dawk tal-wegħediet fiergħa
U dawk li mingħalihom sabu posthom
U wieħed minnhom stajt kont jien fil-biża’ tiegħi
Inkella l-ħolm li ħlomt mingħajr sekwenza
Bħal dik il-poeżija ta’ bla rima. . . .
Inkella għax sibna ruħna mwarrba u mitluqa
Għal-ġenb tat-triq.
Alfred Grech
23/04/2021
Comments
Post a Comment