Kolossu.
Jekk ma
tkunx mimlija mbarazz
Il-bettiegħa
tkun imdejjqa.
Hekk int
trid timla’ lilek innifsek
Bit-trab u
bid-duħħan
Li ssib
madwarek.
Mhux li
kont tkun barrani f’dar ħaddieħor
-
Emarġinat -
Ma kont issib in-niċċa li tista’ tesgħek qatt
U issa li
tlajt fuq il-mambar
I-Taċ-ċarlatani
hawn ħafna jadrawk
U tibda’
taħseb li issa
M’hawn ħadd
kbir aktar minnek
Kemm mill-wisa’
U kemm
mit-tul.
Ħaġa
battala tagħmel ħafna ħoss
Aktar mill-ħmar
li libes ġild ta’ ljun.
Alfred
Grech.
29/04/2021.
B’dedika
lil min imtela’ ħafna arja sħuna u issa bħal bużżieqa beda tiela’ ’l-fuq. . . Il-fuq. . .
Comments
Post a Comment