Sirt Qisek.
Sirt qisek dak il-waqt li li xtaqtu qatt ma jasal
Mhux għax jaqbadni l-biża’ ta’ filgħodu
Kull meta
nsib quddiemi għodwa ġdida
Li żżid
fit-toqol kollu li nġorr miegħi
U lanqas
għaliex nibża mill-isfida;
Iżd’għaliex
kull darba
li nażżarda ħalqi niftaħ
min jisma’
jkunu l-ftit u ħadd ma jifhem.
Sirt qisek
dak il-waqt li minnu trid titbiegħek
Il-waqt
tat-tarf, fejn lanqas tħares lura
U toqrob
qiegħed lejħ kull waqt li jgħaddi
U issa qbadt in-niżla u mhemmx xi jżommok
U ttawwal
kemm ittawaal għat-turmenti
Għalhekk ikun
aħjar jekk jiġi kmieni.
Alfred
Grech
26/04/2021.
Comments
Post a Comment