Sraqna T-Tuffieħa Ta’ Ħaddieħor.

 

Din kelma li ma tfisser xejn

X’hinu t-tifsir ta’ kull kelma?

Għaliex qed titħassarni?

Kemm jiena u int

Għamilna l-għażla ta’ ħajjitna.

Għal ftit ma kontx intossikat bid-droga tiegħek

Għax taf li jiena dgħajjef,

Għax kienet biss kwitjoni ta’ minuti

Għax taf li ma hawn xejn li huwa qiegħed.

Xħin l-ikoni u l-istatwi kollha jaqgħu u jitgerrbu

Ma jibqa’ għalina l-ebda xifer

Ma xhiex niggranfaw

Għaliex kollox ikun waqaf

Imqar tabit il-qalb.

Int li dejjem ridt tistrieħ ma dan il-ħajt tal-kenn

X’ser tagħmel

Issa li s-sur iġġarraf?

Qiegħdin ngħixu l-jasar li ġibna b’idejna

Xejn ma jibqa’

Għajr is-sens tal-mistħija

Għaliex sraqna t-tuffieħa ta’ ħaddieħor.

 

Alfred Grech

08/04/2021.

Comments

Popular posts from this blog