Staqsejtni.

 

Staqsejtni kemm qed ngħaġġel

Għax mhux qed tlaħħaq megħi

Weġibtek: int qed tkarkar

Ma żżomx mal-passi  tiegħi.

 

Fakkartni meta konna

Nistkennu f'bejta waħda

U li bis-sħana tagħna

Inbiegħdu l-ksieħ taċ-ċaħda.

 

Qed tħoss il-bard kont għedtli

Mank sliftek l-għata tiegħi,

Weġibtek li trid tħaffef

U tkompli taqdef miegħi.

 

Alfred Grech

24/04/2021

Comments

Popular posts from this blog