Tassew Li Rridu
Ntiru.
Tassew li
rridu ntiru
U ma
nħallux lil min iqasqas
Il-ġwienaħ
tagħna.
Għaliex
ikun trab fl-għajnejn
Li kieku ma mxejniex flimkien
U ħallejna
l-ħars tan-nies
Jaħsilna bis-sorpriża
Inkella bl-għaġeb.
Għandek
tkun taf
Li f’dinja
fejn kulħadd iħares ċass
Jiena u int
inħarsu f’għajnejn xulxin
Inħarsu ’l-fuq
U npinġu
kwiekeb ġodda
Bl-ilwien
tal-qawsalli.
Għalhekk ġawhra
ta’ qalbi
Ikollok ftit
tas-sabar
Għaliex il-
qawmien mill-ġdid
Ftit għad
baqgħalu
Sakemm jasal.
Alfred Grech
30/04/2021.
Comments
Post a Comment